Elezzjoni Kap PN Lokali

Adrian Delia iressaq it-tielet libell kontra Daphne Caruana Galizia

L-Avukat Adrian Delia, il-Kandidat għall-Elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista fetaħ it-tielet libell fil-konfront ta’ Daphne Caruana Galizia.

Dawn il-libelli qed isiru b’rabta ma’ allegazzjonijiet li Daphne Caruana Galizia qed tagħmel fil-blogg tagħha dwar trasferimenti ta’ flus f’kont f’Jersey li qalet li ġew minn prostituzzjoni.

Adrian Delia ċaħad mill-ewwel dawn l-akkużi u llum permezz tal-avukati Arthur Azzopardi u Kris Busietta fetaħ it-tielet libell.