“L-ekonomija ta’ Malta sejra tajjeb, ma tistax tgħid li m’hix sejra tajjeb, u ma nistax innaqqas mill-mertu, għax sejra tajjeb”. Dan qalu l-kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista Frank Portelli fil-messaġġ tiegħu tal-lum.
Frank Portelli kompla jgħid li kien hemm xi affarijiet li ġew minajr m’għamilna xejn għalihom. B’dan il-ġlied kollu ta’ madwarna, fil-Libja, Tuneżija u l-Eġittu, bil-fors li jiżdid it-turiżmu f’Malta, għax illum il-barranin ma jmmorux f’dal-postijiet u jippreferu jiġu hawn. Hemm ukoll mbgħad il-gaming companies.
Allura x’ġara? Frank Portelli qal li l-kirjiet tagħna splodew, u llum ma ssibx tikri b’anqas min sitta jew seba mitt ewro fix-xahar. Imma dan x’qed ikun l-effett tiegħu? Iż-żagħżagħ tagħna jistgħu jaffordjaw sitta jew seba mitt ewro kera? Ma jistgħux, u m’għandhomx ċans jidħlu fis-suq!” Allura aħna x’għamilna? kompla jistaqsi Dr. Portelli. Ma bnejniex appartament wieħed f’ħames snin”
Frank Portelli kompla Allura din hi ħaġa li aħna, jekk nitilgħu fil Ġvern, se nindirizzawha b’mod massiċċ. “Ma jistax ikun li l-barranin ikeċċu l-Maltin min djarhom!” Hekk spiċċajna, temm jgħid Frank Portelli.
//= $special ?>