Formula 1 Sport

Force India jheddu lis-sewwieqa b’sospensjoni

Esteban Ocon fiċ-ċirkwit ta' Spa Franchorchamps fil-Belġju

It-tim tal-Force India hedded lis-sewwieqa tiegħu Sergio Perez u Esteban Ocon wara li ż-żewġ sewwieqa reġa’ kellhom inċident bejniethom fil-Grand Prix tal-Ħadd li għadda fil-Belġju.

Id-duo tal-Force India kellhom inċident darbtejn, bit-tieni ħabta lejn it-telgħa ta’ Eau Rouge, bil-front wing ta’ Ocon jinkiser filwaqt li Perez spiċċa b’puncture. Perez u Ocon kellhom inċident fil-Kanada, ħabtu fl-Ażerbajġan u reġgħu ħabtu fl-Ungerija, bil-Kap Eżekuttiv tal-Force India Otmar Szafnauer immedjatament jgħid li mhux se jitħallew jtellqu kontra xulxin.

Wara l-aħħar inċident, iż-żewġ sewwieqa qed jirriskjaw li jitilfu tiġrija bħala kastig ta’ problemi akbar. Il-Mercedes adottaw l-istess sistema is-sena l-oħra wara li Lewis Hamilton u Nico Rosberg kellhom inċident fil-Grand Prix tal-Awstrija.

Szafnauer qal li jekk l-inċident jerġa’ jiġri, ikollhom jibdew jaħsbu min se jibqa’ mat-tim. Is-saga kompliet wara t-tiġrija, b’Ocon jgħid f’intervista li Perez irriskja l-ħajja tat-tnejn u wara qal fuq twitter li prova joqtlu. Perez wieġeb u rrifjuta l-allegazzjoni li saret fuqu.

Il-Kap Eżekuttiv qal li hu kien imdejjaq li Ocon u Perez reġgħu ħabtu hekk kif Force India taw opportunità kbira lit-tnejn li huma. Hu żied jgħid li t-team jiġi l-ewwel u dak li għandhom jagħmlu.

Perez u Ocon kienu nfurmati fuq ir-regola l-ġdida wara l-Grand Prix tal-Belġju u se ssir laqgħa qabel il-Grand Prix ta’ din il-ġimgħa fl-Italja.