Ħadd ma weġġa’ f’inċident bejn ambulanza u karrozza li seħħ dalgħodu fil-Qawra.
Kien għall-ħabta tat-8am meta l-ambulanza għal xi raġuni baqgħet dieħla f’ġenb ta’ karrozza. L-ambulanza fil-ħin tal-inċident kienet qed iġġorr pazjent. Mal-impatt qabad ukoll xi nar fil-parti fejn kien hemm il-magna, liema nar kien ikkontrollat fi ftit tal-ħin mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>