Wara ‘Saturday Night Fever’ imiss issa edizzjoni numru 13 ‘La Vittoria Youth Band XOW’. Tul dawn l-aħħar tnax-il edizzjoni, dan il-kunċert inbidel minn sena għal l-oħra f’dak li huma stili. Fl-aħħar tliet edizzjonijiet il-kunċert ħa dehra aktar moderna, fejn l-elementi kollha li qegħdin jiddominaw ix-xena ta’ bħalissa, qegħdin isibu posthom f’dan il-kunċert. Din is-sena ser inkunu qegħdin naraw qabża kbira fil-livell mużikali tal-baned tradizzjonali Maltin.
‘La Vittoria Youth Band XOW’ li din is-sena ser ikun qiegħed jiġi preżentat fil-ġurnata tal-Ħadd, se jkun qiegħed joffri lil l-udjenza, lejla rilassanti ta’ entertainment, eżatament dak li wieħed ikun qiegħed ifittex wara ġimgħa ta’ xogħol, u eżattament qabel ma tibda ġimgħa ta’ ħidma oħra. Kif jiġri kull sena, l-innovitajiet ser ikunu parti importanti mill-edizzjoni ta’ din is-sena fejn bi dwalijiet u effetti speċjali differenti minn ta’ snin preċedenti, kif ukoll permezz ta’ tibdil fid-dehra artisitka ser ikun hemm garanzija ta’ spettaklu kbir. Għal darboħra ukoll, Il-maġġoranza tal-mużika li sejra tindaqq ser tkun qiegħda tiġi esebita f’Malta għal l-ewwel darba.
Ser tindaqq mużika minn diversi kompożituri mill-Classical-Era, The Village People, Mika , Abba, Michael Buble u ħafna aktar. Ser tindaqq ukoll mużika ta’ Ludwig van Beethoven, fejn kif sar fi snin preċedenti, il-mużika tiegħu ser tgħaddi minn trasformazzjoni totali biex tirrifletti ż-żminijiet tal-llum. Mal-Banda se jingħaqdu fost l-oħrajn, grupp ta’ żeffiena professjonali ‘Danza C’ taħt it-tmexxija ta’ Christina Cauchi. Sejrin naraw ir-ritorn f’dan il-kunċert tal-kantanti Daniel Cauchi u Justin Galea kif ukoll il-kantanta Julia Grima li flimkien ma’ Claudia Vella imexxu l-Kor ‘Vuċijiet Vittorjani’ li għal darboħra ser jkunu parti mil-kunċert ta’ din is-sena. Dan il-kor illum jinkludi fih diversi żgħażagħ li qegħdin jiksbu diversi suċċessi ta’ preġju anke fuq livell internazzjonali. Ma jonqosx is-sehem tal-mużiċisti, b’taħlita bejn mużiċisti professjonali, stabiliti u mużiċisti ġodda. Anke mużiċisti li għadhom għaddejin bl-istudji tagħhom ser ikunu parti mil-kunċert ta’ din is-sena. Ta’ min jgħid li sejrin naraw grupp separat ta’ mużiċisti li sejrin jieħdu sehem f’dan il-kunċert għal l-ewwel darba u wkoll ma jistax jonqos li naraw ftit burdati mhux tas-soltu minn dawn l-istess mużiċisti.
Dan u aktar ser isir nhar il-Ħadd 3 ta’ Settembru 2017, fil-Pjazza tal-Parroċċa tal-Mellieħa mit-8p.m. ‘il quddiem. Id-direzzjoni u produzzjoni tkun ta’ Mro. Ryan Mallia, filwaqt li l-preżentazzjoni tkun ta’ Elaine Saliba Bonnici. Dħul huwa bla ħlas!
Il-Banda La Vittoria, l-għada t-Tnejn 4 ta’ Settembru, tippreżenta l-Kunċert Annwali tal-Festa fejn ser tkun qiegħda tiġi ċċelebrata il-110 snin mit-twaqqif tas-Società Filarmonica La Vittoria tal-Mellieħa.
//= $special ?>