L-immigrant Marokkin li ammetta dwar il-qtil, jiem ilu, ta’ żewġ nisa fil-belt ta’ Turku issa hu identifikat bħala Abderrahman Bouanane. Id-dokumenti tal-qorti anki juru li s-suspettat – li qabel kien issemma bħala Abderrahman Mechkah – għandu 22 sena.
Bouanane qed jinżamm b’konnessjoni mal-attakk tat-18 ta’ Awwissu fejn iż-żewġ nisa nqatlu b’daqqiet ta’ sikkina fil-qalba ta’ Turku u bi tmienja jisfaw midruba.
L-attakk qed ikun investigat bħala l-ewwel aggrediment relatat mat-terrur fil-Finlandja.
Il-Marokkin kien ipprovda identità falza lill-uffiċjali meta daħal fil-pajjiż, fl-2016, bit-tama li jingħata kenn politiku (u li baqa’ miċħud minnu sa qabel l-attakk). Intant, Bouanane qal lill-qorti li hu kien responsabbli għall-attakk iżda ċaħad li warajh kien hemm xi skop terroristiku.
//= $special ?>


