Internazzjonali

Il-Ġermanja: Seta’ qatel għexieren oħra ta’ pazjenti

 

Investigaturi fil-Ġermanja żvelaw li raġel li kien jaħdem bħala infermier u li bħalissa qed jiskonta żewġ sentenzi ta’ ħabs separati, kien responsabbli għal 84 aktar każi ta’ mewt fost il-pazjenti’ milli ħasbu oriġinarjament.

Kien żvelat li r-raġel – Niels H. —  bejn l-2001 u l-2005, kien ta injezzjonijiet bil-mediċina kardjovaskulari lill-pazjenti fl-isptarijiet ta’ Delmenhorst u Oldenburg. Ingħad li l-eksinfermier ried jikkaġuna attakki tal-qalb jew problemi kbar fiċ-ċirkulazzjoni tad-demm tal-individwi, qabel il-punt fejn hu, imbagħad, kien jistabbilizza l-kundizzjoni tal-pazjenti biex jimpressjona lill-kollegi.

Fl-2008, Niels H kien ikkundannat għal seba u snin u nofs ħabs fuq bażi ta’ attentat ta’ qtil. Dan wara li hu inqabad qed jipprova jagħti overdose ta’ mediċina lil pazjent.

Hu, fl-2015, kien ikkundannat il-ħabs għal għomru, wara li nstab ħati fuq żewġ għaddi ta’ omiċidju u żewġ attentati ta’ qtil u aggrediment ta’ pazjenti. Intant, il-prosekuturi allegaw li Niels H, x’aktarx li kien qatel ħafna aktar nies iżda żammew l-akkużi ‘biss’ għal tliet każi ta’ omiċidju biex jippruvaw il-każ tagħhom bl-aktar mod faċli.