Lokali

Pop-up falz iwassal biex nies jagħtu informazzjoni personali

Fuq il-midja soċjali qiegħed idur pop-up ta’ GO plc biex wieħed jieħu sehem f’stħarriġ. Dan jgħid li meta wieħed jagħmel dan ikun qed jidħol f’opportunita` li jirbaħ xi premju. Il-kumpanija GO plc avżat li dan il-messaġġ hu falz u li ma kienux huma li għamluh.

L-istħarriġ ġie ddisinjat b’tali mod li jqarraq b’dawk li jarawh u jġiegħluk taħseb li hu ta’ din il-kumpanija. Huwa importanti li wieħed m’għandux jagħti informazzjoni personali lil terzi persuni.

S’issa din il-persuna jew persuni li għamlu dan il-pop-up li qed iqarraq b’ħafna nies għadhom ma ġewx iddentifikati.