Internazzjonali Mużika

RITRATTI: Il-MTV Video Music Awards

F’Los Angeles il-Ħadd filgħaxija saru MTV Video Music Awards, l-34 edizzjoni ta’ dan il-premju. Premjazzjoni li kienet domianta mir-rapper Kendrick Lamar u li kien mimli messaġġi dwar is-sitwazzjoni politika preżenti fl-Istati Uniti. Lamar fost l-oħrajn rebaħ l-aktar premju prestiġjuż tas-serata l-Video of the Year Award għal “HUMBLE.” B’kollox hu rebaħ sitt premjijiet fis-serata. Il-kantant Ingliż Ed Sheeran rebaħ il-premju ġdid ta’ Artist of the Year. Dawn huma xi wħud mill-parteċipanti tas-serata.