Roma rritornaw fis-suq tat-trasferimenti meta wara jiem ta’ diskussjonijiet, laħqu ftehim ma’ Sampdoria biex jakkwistaw lil Patrik Schick. It-tim tal-kapitali se jakkwista lill-attakkant b’self b’obbligu li jixtru l-plejer għal somma totali ta’ €38 miljun.
Schick ġibed l-interess ta’ diversi timijiet fosthom Juventus u Inter. Il-ftehim intlaħaq wara li ltaqgħu d-Direttur Sportiv Monchi u d-Direttur Ġenerali ta’ Roma Baldissoni, u l-President Ferrero u d-Direttur ta’ Sampdoria Pradè. It-trasferiment propja hu ta’ €33 miljun flimkien ma’ €5 miljun ieħor f’bonus.
//= $special ?>