Formula 1 Sport

Alonso jagħti ħjiel li jista’ jitlaq lil McLaren

Fernando Alonso

Fernando Alonso ta l-aħħar indikazzjoni li se jħalli lit-tim tal-McLaren fi tmiem l-istaġun jekk jibqgħu bil-magni Honda. McLaren jidher li l-unika soluzzjoni li għandhom għal magni ġodda huma r-Renault, u se jagħmlu deċiżjoni dwar min se jkun qed jagħti l-magni x-xahar id-dieħel.

Iżda d-deċiżjoni issa tidher li hi marbuta wkoll mal-futur tas-sewwieq Fernando Alonso li jidher li l-Ispanjol iddejjaq wara tliet snin ta’ diżappunti. Mistoqsi wara l-Grand Prix tal-Belġju jekk jitlaqx lil McLaren jekk jżommux ir-relazzjoni tagħhom mal-Honda, Alonso li wieħed irid jara x’se jiġri fil-ġimgħat li ġejjin.

Hu qal li jkun kuntent li jaħdem mal-McLaren għaliex huma wieħed mill-aqwa timijiet fid-dinja, iżda jrid jara l-affarijiet kif se jevolvu. Il-frustrazzjoni ta’ Alonso b’mod frekwenti kompliet fejn qabel ma rtira mit-tiġrija, qal li l-pass tal-karozza hu imbarazzanti.

Jidher li f’Alonso hemm interess konkret mill-Williams filwaqt li r-Renault jidhru għażla oħra għas-sena d-dieħla. Hu kkonferma li kellu offerti f’Ġunju, Lulju u Awwissu fejn qal li rrifjuta 60% minnhom filwaqt li l-kumplament għadhom fuq il-mejda.