“Naħseb f’Malta għandna problema kbira bil korruzzjoni”. Dan qalu l- Kandidat għall-elezzjoni ta Kap tal-Partit Nazzjonalista Frank Portelli fil-messaġġ tiegħu tal-llum.
Frank Portelli kompla jgħid li bħal issa hawn ħafna li tħajjru jitkellmu fuq il-korruzzjoni iżda hu kien ilu xi għaxar snin jitkellem bis-serjeta fuq il-korruzzjoni.
Fosthom il-Mater Dei, l-iskandlu taż-żejt, u mbagħad bdew joħorġu dawn liskandli tal-Panama fejn kellek Ministri u Chief of Staff li għandhom kumpaniji fil-Panama, li l-iskop tagħħom hu li fihom ikollok flus li m’humiex dikjarati u li fuqhom ma titħallass taxxa, u li wieħed lanqas biss ikun jaf min fejn ġejjin, jekk ma jkunx hemm ukoll xi kwestjoni ta ħasil ta flus.
Il-korruzzjoni m’għandiex kulur, la hi blu u lanqas ħamra, iżda hi mħallta. Hu qal li filwaqt li fl-aħħar elezzjoni, il-korruzzjoni ma mpressjonatx in-nies, ir-realta’ hi li l-korruzzjoni eventwalment teqridna u teqred l-ekonomija tal-pajjiż.
//= $special ?>