Xi persuna jew persuni mhux magħrufa, matul dan il-lejl ipprovaw jagħtu n-nar lill-bieb prinċipali tal-Knisja l-Qadima f’Birkirkara.
Skont id-dettalji inizzjali, kien is-sagristan tal-Knisja li rrapporta li sab il-bieb qed jaqbad. Kien hu stess, flimkien ma’ xi ġirien, li qabdu l-bramel tal-ilma u kkontrollaw in-nirien.
Dwar il-każ infetħet ukoll inkjesta.
Intant, il-komunita’ ta’ din il-parroċċa qed tappella lill-pubbliku sabiex kull min għandu xi ħjiel dwar min wettaq dan l-att jersaq għand il-Pulizija.