Elezzjoni Kap PN Lokali

“Ningħaqdu biex nirbħu” – Alex Perici Calascione

Il-Partit Nazzjonalista se jerġa’ jirbaħ. Faċli mhix iżda se jirbaħ. Jirbaħ biss jekk jingħaqad. Ma nistgħu qatt immorru għal elezzjoni ġenerali, jew għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali sentejn oħra b’partit li ma jkunx magħqud. Fejn hemm l-għaqda hemm is-saħħa, u l-Partit Nazzjonalista magħqud ikun Partit Nazzjonalista rebbieħ.

Dan kien il-messaġġ tal-kandidat tal-kandidati għal Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione meta kompla jiltaqa’ mal-Kunsillieri li s-Sibt se jkunu qed jivvutaw fl-elezzjoni għall-kariga ta’ Kap tal-Partit.

Elezzjoni importanti li tpoġġi sens ta’ responsabbiltà fuq il-Kunsilliera tal-Partit. L-għażla ta’ Kap mhix għażla kwalunkwe u ninsab ċert li l-Kunsilliera jafu li f’elezzjoni bħal din, għandhom ir-responsabbiltà li jagħżlu Kap integru u li jimxi fuq il-passi storiċi ta’ nies bħal Ġorġ Borg Olivier, Eddie Fenech Adami, Lawrence Gonzi u Simon Busuttil sostan Perici Calascione.

Alex Perici Calascione qal li meta aktar minn xahar ilu, bosta persuni ħeġġewh biex jikkontesta għall-ogħla kariga fil-Partit, hu tkellem mal-familja tiegħu u ħass li issa hu l-mument li jista’ joffri l-ħin u d-dedikazzjoni kollha tiegħu lill-Partit Nazzjonalista.

Issa hu l-mument li ngħaqqad il-Partit u bil-fiduċja tagħkom, dik se tkun il-missjoni tiegħi. Ngħaqqad il-Partit biex nagħmluh rebbieħ, temm jgħid il-kandidat ghall-Kap tal-PN Alex Perici Calascione.