L-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista issa viċin. Kienet kampanja twila u ntensiva li matulha aħna l-kandidati kellna l-opportunità nesprimu l-ħsibijiet u l-viżjoni tagħna.
F’kull każin li mort, f’kull laqgħa li kelli ma kull kunsillier tal-kunsill generali, attivist u tesserat, ħargu tlett punti komuni: Il-ħtieġa li l-Partit Nazzjonalista jkun maghqud; l-importanza li nkunu viċin in-nies; u li nkunu differenti, mhux fotokopja ta’ Muscat, Chris Cardona, Konrad Mizzi u sħabhom, qal dan Chris Said, il-kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista, f’messaġġ lill-kunsilliera tal-kunsill ġenerali t-Tlieta’ filgħodu.
Maqgħudin, għax jekk l-avversarju politiku tagħna jsibna mifrudin allura se jgħaddi min fuqna bla ma nindunaw. Għax jekk inkunu mifrudin, Muscat u sħabu se jieħdu l-opportunità biex ikomplu jagħmlu li jridu: korruzzjoni; transfers vendikattivi man-Nazzjonalisti u promozzjonijiet u jobs lil tal-qalba. Bħal ma ġara ftit ġranet ilu meta bint Ministru, li saret avukat ftit tax-xhur ilhu, nħatret Kummissarju għal Gustizzja, qal Chris Said.
Viċin in-nies, bil-fatti mhux bil-paroli. Viċin in-nies, qal Chris Said, ifisser li nerġgħu nagħtu sinjal car li mal-Partit Nazzjonalista tasal. Mhux partit li mill-gvern jagħmillek ħajtek difficli; mhux partit li mill-gvern jaħlilek ħinek f’burokrazija li ma tispicca qatt; mhux partit li għax ikun mitluf fuq it-tmexxija tal-pajjiż jinsa’ l-htiġijiet tal-individwu sostna Chris Said.
Biex in-nies jivvuta lill-PN fil-gvern, iridu partit differenti mill-Labour: jekk trid il-Labour, tivvota Labour mhux lill-PN ghax jipprova jkun bhalu, spjega Chris Said.
Dan il-partit ma jistħoqqlux jinza’ mid-dinjità tiegħu, dak li tant ħadmu b’sagrifiċċju biex tawna Ġorg Borg Olivier, Eddie Fenech Adami, Lawrence Gonzi u Simon Busuttil, biex, mingħalina, nirbħu l-gvern.
Bija, bħala Kap tal-PN, qal Chris Said, tistennewx li nsir fotokopja ta’ Muscat. Jien mhux se npaxxi lil Muscat, Chris Cardona u sħabhom. Allura se nkomplu nsegwi l-każ Egrant, fost ħafna kazijiet ohra – u dan se nagħmlu b’Simon Busuttil parti integrali mill-Grupp Parlamentari.
Ħadd mhu akbar mill-Partit Nazzjonalista. Kuraġġ. Flimkien naslu. Flimkien nissaħħu u nirbhu. Imma b’għaqal u b’intelliġenza mhux billi nbiegħu ruħna, temm jgħid Chris Said
//= $special ?>