Internazzjonali

Salvati mijiet tal-immigranti ‘il hinn mil-Libja

ritratt mill-arkivji

 

Il-gwardjani tal-kosta Libjani salvaw ‘il fuq minn 300 immigrant mill-baħar, lejn il-Punent minn Tripli, il-kapitali tal-Libja

L-awtoritajiet qalu li l-gwardjani intervjenew biex isalvaw 140 immigrant illegali ‘il barra mill-kapitali, flimkien ma’ grupp ta’ 164 immigranti oħra ‘il hinn minn Sabratha. Il-grupp partikulari kien jinkludi numru ta’ nisa u tfal, meta l-immigranti ġejjin mill-pajjiżi taħt is-Sahara; mill-Eġittu, il-Marokk u t-Tuneżija.

Mijiet ta’ eluf ta’ immigranti mill-Afrika u l-Lvant Nofsani qasmu d-deżert tal-Libja u qegħdin jippruvaw jaqsmu l-Mediterran b’dgħajjes li mhumiex attrezzati għall-vjaġġi, bit-tama li jaslu l-Ewropa.