Sliema Maypole huma ċ-Champions il-ġodda ta’ taħt l-20 sena wara li rebħu l-kampjonat b’punti massimi. It-tim Slimiż assiguraw ir-rebħ tal-kampjonat b’logħba għal tmiem il-kampjonat wara r-rebħa ta’ 10-7 kontra Neptunes il-ġimgħa l-oħra.
Sliema kellhom bidu ta’ staġun pożittiv fejn rebħu l-logħbiet tal-ewwel rawnd u żammew ir-ritmu fit-tieni rawnd minkejja li tilfu lill-plejer importanti Nicholas Bugelli minħabba li weġġa’.
It-tim taħt it-tmexxija ta’ Bogdan Rath kellu jistrieħ ukoll fuq l-aktar plejers żgħażagħ tat-tim. Sliema għalqu l-kampjonat b’rebħa ta’ 9-5 fuq San Ġiljan biex għalqu l-kampjonat bi tmien rebħiet bi tmien logħbiet.
Dan ir-rebħ tal-kampjonat jista’ jkun pass importanti għal Sliema li qed jittamaw li jibnu t-tim tal-kbar fuq uħud minn dawn il-plejers, biex bl-għajnuna ta’ John Soler li riċentament inħatar bħala d-Direttur Tekniku tal-klabb, Sliema jirritornaw għar-rebħ tal-unuri.
//= $special ?>

