Terrorista suwiċida fl-Afganistan, tajjar splussiv li kien qed iġorr fl-entratura ta’ bank qrib il-kumpless tal-Ambaxxata Amerikana fil-kapitali Kabul.
L-isplużjoni seħħet ukoll viċin il-kwartier diplomatiku ta’ Kabul u f’ħin meta l-banek kienu mimlija nies. F’din l-isplużjoni mietu talanqas erba’, b’numru ta’ nies jisfaw midruba.
Ħadd ma assuma responsabbiltà għall-attakk għalkemm hemm suspett li t-terrur twettaq mill-militanti Iżlamiċi tat-Taliban.
//= $special ?>

