Il-maltempata tropikali “Harvey” issa ċċaqalqet minn fuq l-Istat Amerikan ta’ Texas għal fuq dak ta’ Louisiana. Imma minkejja dan ix-xita fuq partijiet kbar ta’ Texas fosthom il-kapitali Houston ma battitx.
Dan hekk kif f’dawn il-ġranet qed jitfakkar it-12-il anniversarju tal-Uragan Katrina li kien kważi qered il-belt ta’ New Orleans fl-Istat ta’ Louisiana.
Dan hekk kif f’Texas, dan il-maltemp ħalla tal-anqas 20 persuna mejta u ħerba sħiħa minħbba l-għargħar li hemm.
F’Louisiana, diġà kien hemm mijiet ta’ nies li kellhom ikunu evakwati minħabba l-għargħar u l-istituzzjonijiet ewlenin huma fuq l-allert għal dak kollu li jista’ jinqala. Apparti minhekk, skejjel qed jinżammu magħluqa fiz-zoni effettwati bħala prekawżjoni.
Harvey kien l-aktar uragan qawwi li laqat Texas f’aktar minn 50 sena u għalkemm issa l-uragan inbidel f’maltempata tropikali, ix-xita mhux mistennija tbatti.
‘Harvey’ jersaq fuq l-Istat ta’ Louisiana


