Elezzjoni Kap PN Lokali

Illejla qed jitlaqqa’ l-Kunsill Amministrattiv tal-PN

Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista

Illejla qed jitlaqqa’ l-kunsill amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista wara li rċieva r-rakkomandazzjonijiet mill-Kunsill Konsultattiv dwar l-imġieba xierqa u Etika tal-Partit Nazzjonalista.

F’laqgħa li saret It-Tnejn filgħaxija, il-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista ddiskuta t-talba tal-Kunsillier Charlot Cassar u ddeċieda li l-kontroversja li nqalgħet fir-rigward ta’ Adrian Delia tgħaddi quddiem dan il-kumitat.

Dr Louis Galea kien inħatar Chairman filwaqt li Dr Joseph Cassar (eks President tal-Kunsill Amministrattiv), il-Prof. Maryanne Lauri u s-Sur Franz Wirth ġew maħtura bħala membri tal-Kumitat. Il-President tal-Kunsill Amministrattiv Dr Karol Aquilina kien membru eks officio tal-Kumitat.

Il-Kumitat gie moghti zmien jumejn biex jaghmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Kunsill Amministrattiv wara li sema’ lil dawk il-persuni li l-istess Kumitat deherlu li kienu xierqa fiċ-ċirkostanzi, fost oħrajn deheru quddiem dan il-kumitat l-erba’ kandidati għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.