L-impenn, id-dedikazzjoni u d-determimazzjoni tiegħi f’dal-proċess tant importanti għall-Partit li tant inħobb, mill-lejla ser jirdoppjaw. Saħaq dan il-kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN Alex Perici Calascione b’reazzjoni għall-allegazzjonijiet li waslet f’numru ta’ kmamar tal-aħbarijiet permezz ta’ email.
Alex Perici Calascione qal li persuna anonima bagħtet email lill-President tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista Karol Aquilina u liċ-Chairman tal-Kummissjoni Elettorali għall-Elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista Joe Borg. F’din l-email issemma hu u saret talba biex ikunu stabbiliti fatti partikolari.
Alex Perici qal li hu ma għandu assolutament ebda dubju li din l-id moħbija qiegħda taqdi l-interessi ta’ ħaddieħor f’dan l-istadju delikat tal-kampanja elettorali. Minn qed jimxi b’dan il-mod jidher illi tassew ma jafx ma min qed jagħmilha.
Minnufih qal li bagħat nota lill-President tal-Kunsill Amministrattiv Karol Aquilina u talbu biex din il-materja tingħadda lill-Kumitat Konsultattiv dwar l-Imġieba Xierqa u Etika.
Kull min fassal, approva u wettaq dan l-attentat jista’ jserraħ moħħu li mhux ser jirnexxielu saħaq Perici Calascione. Dawn it-tattiċi baxxi jixhdu l-agħar forma ta’ politika antika u ma għandhom xejn ġdid. Din il-mossa ġġib biss għib lil min għamilha.
//= $special ?>