Ir-risposta tal-UĦM Voice of the Workers’ lill-General Workers’ Union dwar id-diskussjoni li għaddejja dwar il-proposta li jingħataw il-festi pubbliċi, tiddomina l-ewwel faċċata tal-ġurnal In-Nazzjon. Il-UĦM qed issostni li hi qed tippreżenta idea alternattiva differenti iżda mhix kontra li jingħataw il-festi pubbliċi. Akkużat ukoll lill-GWU b’gidba sfaċċata kontriha.
Ir-ritratt fil-faċċata tal-ġurnal juri l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u l-kummenti tas-Sagristan b’rabta mal-inċident li fih persuna jew persuni mhux magħrufa taw in-nar lill-bieb ewlieni tal-Knisja ta’ Santa Marija f’Birkirkara, magħrufa bħala l-Knisja l-Qadima.
Stejjer oħrajn jittrattaw aħbarijiet mill-Qorti, il-problemi serji li qed tiffaċċja l-industrija tal-vitikultura, u l-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa fil-ħarifa mill-Ġimgħa li ġej.
In-Nazzjon ikompli jiddedika żewġ paġni b’aħbarijiet mill-kampanja tal-erba’ kandidati li qed jikkontestaw l-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Fil-paġni tal-opinjonijiet insibu l-analiżi politika tal-MEP David Casa, u tal-kandidati tal-Partit Nazzjonalista Mark Anthony Sammut u Justin Schembri.
//= $special ?>