Elezzjoni Kap PN Lokali

Two weights and two measures – Frank Portelli

Frank Portelli, kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista fisser bħala stonatura t-talba tal-gazzetta The Times of Malta li talbet lill-kandidati kollha f’din l-elezzjoni jwieġbu għal kwestjonarju.

“Illum irċevejt email minn waħda mill-gazzetti, it-Times of Malta. Talbitna, il-kandidati kollha li ħerġin għall-Kap, biex nirrispondu questionaire tagħhom, biex niddikjaraw x’għandna u m’għandniex”. Dan qalu l-kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista Frank Portelli fil-messaġġ irrekordjat tiegħu.
Frank Portelli kompla jgħid li din mhix idea ħażina u li hu kien jaqbel, iżda ma jistax ikun li kull gazzetta tibgħat kwestjonarju tagħħa. Għalkemm diġà jeżistu regolamenti tal-Partit Nazzjonalista f’dan ir-rigward, hu kien jaħseb li għandu jkun hemm regolamenti uffiċjali tal-Gvern.

Meta hu rċieva dan il-kwestjonarju, qal li t-talba tal-gazzetta stonat ftit għaliex huma (il-management tal-gazzetta) ma kinux trasparenti!

“Mela huma kellhom lil Hillman, Managing Director tat-Times, li nqabad b’kumpanija fil-Panama, kien qed jagħmel negożju ma’ Keith Schembri li huwa ċ-Chief of Staff f’Kastilja, u sirna nafu għax inqabdu u mhux għax iddikjaraw! U dawn kif ħarġu minnha?” staqsa Frank Portelli.

“Ħarġu minnha billi għamlu ftehim sigriet, u aħna, l-popolin ma nafux x’inhu għaddej bejn iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, u l-eks-Managing Director tat-Times of Malta”, qal Frank Portelli li temm billi staqsa jekk hawn kellniex two weights and two measures.