Elezzjoni Kap PN Lokali

Aktar dwar l-iskandlu tal-VAT

Frank Portelli

– Dr.Frank Portelli

“L-aħħar darba tkellimna u għedtilkom li jeżisti skandlu kbir fuq il-VAT, illi kien hemm min sab sistema, għaliex kellu nformazzjoni, min-naħa tad-dipartiment, kif jista’ jaqbad mas-sistema tal-Gvern u jħasar ċertu invoices tal VAT” .

Dan qalu l-kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr.Frank Portelli fil-messaġġ tiegħu illum.
Frank Portelli kompla jgħid li issa kien sema wkoll, wara li ħareġ ir-rapport mill-Ewropa, li Malta qed nitilfu aktar min tlett mija u ħamsin elf Ewro ta’ VAT fis-sena. Il-Maltin huma nies intelliġenti u kien hemm xi grupp li nrnexxielu jagħmel sistema oħra li jgħidulha dual system u li taħdem paralella mas-sistema eżistenti.

Allura meta wieħed imur f’ħanut jixtri xi ħaġa, veru toħroġ l-irċevuta mill-point of sale imma hawn il-bejjieh ikollu għażla jekk iridx jirreġistra dak il-bejħ jew le, u jekk ma ridx, minflok jgħafas il buttuna Enter biex jirriġistra l-bejgħ l-ewwel jgħafas sensiela ta’ buttuni oħra u flaħħar jgħafas Enter u ma jirreġistra xejn.

Frank Portelli temm jgħid li qed jisirquna min taħt għajnejna u d-dipartiment tal-finanzi irid iżomm għajnejh fuq dak li hemm għaddej.