Hekk kif il-ġimgħa li għaddiet sar l-ewwel dibattitu bejn l-erba’ kandidati għal Kap tal-Partit Nazzjonalista, il-Ħamis sar it-tieni u l-aħħar dibattitu bejn dawn il-kandidati qabel l-elezzjoni li fiha se jivvotaw l-kunsilliera tal-Kunsill Ġenerali.
Dawn id-dibattiti kienu l-ewwel darba li f’elezzjoni ta’ Kap itlaqgħu l-kandidati kollha jiddibattu l-politika.
Is-Sibt se ssir l-ewwel votazzjoni fejn fiha se jivvutaw membri tal-Kunsill Ġenerali.
Dawn jammontaw għal madwar 1,500 vot u jinkludu Deputati, kandidati tal-Partit, Kunsillieri Lokali, membri tal-fergħat, kif ukoll rappreżentanti tal-Kumitati Sezzjonali tal-Partit. S’issa diġa vvutaw il-Kunsillieri li ma setgħux jivvutaw is-Sibt. B’kollox ivvutaw 128 kunsillier.
Fuq il-ballot paper, il-Kunsillieri se jkollhom l-erba’ ismijiet tal-kandidati biex jintagħżel wieħed minnhom. Minn dawn se jgħddu tnejn minnhom għall-elezzjoni fil-Konvenzjoni ġenerali li se ssir fis-16 ta’ Settembru. Għal din l-elezzjoni se jivvutaw it-tesserati.
Il-proċess ta’ ġbir ta’ voti għal din l-elezzjoni jibda wara t-3 ta’ Settembru.
//= $special ?>