Eritrean ta’ 37 sena sofra feriti gravi wara li allegatament kien involut f’argument fil-Marsa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-12.15am f’Xatt il-Mollijiet, fejn ir-raġel instab ferut fuq il-bankina.
Fil-post issejħet Ambulanza, li ħadet lill-Eritrean l-Isptar Mater Dei għall-kura. Hemm, hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.
Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, hekk kif żewġt irġiel Somali qed jinżammu biex jassistu fl-investigazzjonijiet.
//= $special ?>

