Lokali

F’Ottubru se terġa’ ssir il-‘Malta Classic’ ġewwa l-Imdina

Għas-7 sena konsekuttiva se terġa’ ssir il-‘Malta Classic’ ġewwa l-Imdina. Din l-attivita’ se ssir bejn il-5 u t-8 ta’ Ottubru biex ikun apprezzat l-istill antik tal-karozzi. Numru ta’ nies se jkunu qed jipparteċipaw bil-karozzi klassiċi tagħhom, fosthom barranin.

Is-sindku tal-Imdina, Peter Sant Manduka, qalilna li l-preparazzjonijiet jinsabu għaddejjin ġmielhom hekk kif baqa’ biss ftit iktar minn xahar.

Pamela Said, it-teżorier għal dan l-avveniment, qaltilna li fil-5 ta’ Ottubru se jsir Hill Climb. L-għada se ssir l-Mdina Concours D’Elegance fejn se jkun hemm numru ta’ karozzi esebiti. Fl-aħħar jumejn imbghad isir il-Grand Prix, fejn se jsiru tlielaq bil-karozzi, bis-sehem ta’ bejn 8 u 10 karozzi kull tellieqa. Preżenti se jkun hemm parteċipanti minn pajjiżi differenti b’karozzi li nħarġu qabel l-1970.