Naxxar Lions ippreżentaw ufficjalment lill-President il-ġdid tal-klabb l-investitur Kanadiż Yahya Kirdi.
Filwaqt li ingħataw dettalji dwar l-istruttura ġdida fi ħdan l-istess klabb, Yahya Kirdi filwaqt li hu ġdid fil-qasam tal-futbol lokali hu magħruf bil-bosta fix-xena internazzjonali.
Fl-2011 kien il-bniedem li wera interess li jieħu t-tmexxi ta’ Liverpool kif ukoll ta’ klabbs ohra.
L-għan ta’ Kirdi fit-tmexxija ta’ Naxxar Lions huwa li tinħoloq struttura professjonali mis-settur taż-żgħażagħ sal-ewwel tema.
Huwa ghandu wkoll pjanijiet il-bini ta’ grawnd għal Naxxar Lions li jkun jiġbor fih kemm gym, indoor pool, faċilitajiet ta’ training tal-aqwa kwalita’ kif ukoll apparamenti u restaurants li jkunu jistgħu jiġġeneraw introjtu.
Kien l-eksplejer ta’ Manchester United David McCreery li ħajjar lil Yahya Kirdi jinvesti f’Malta. McCreery, għal snin twal kellu rabta mal-eksPresident ta’ Naxxar Lions Michael Zammit Tabona.
//= $special ?>