Lokali

Il-vot fil-Kunsill Amministrattiv kien wieħed unanimu

– Karol Aquilina, il- President tal-Kumitat Amministrattiv PN

Il-President tal-Kumitat Amministrattiv tal-PN Karol Aquilina għamel referenza għall-kummenti tal-kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia dwar il-vot waqt il-laqgħa tal-bieraħ tal-Kunsill Amministrattiv u qal li jrid jirrijafferma li l-vot kien wieħed unanimu.

Hu qal li fil-fatt, wara li nqara r-rapport tal-Kunsill Konsultattiv dwar l-Imġieba Xierqa u l-Etika, saret diskussjoni fejn kull membru tal-Kunsill Amministrattiv kellu ċ-ċans jintervjeni, anke aktar minn darba.

Wara d-diskussjoni, ġiet preparata stqarrija bbażata fuq il-kontenut tal-istess diskussjoni, li l-konklużjonijiet tagħha nqraw lill-membri tal-Kunsill Amministrattiv.

Kemm l-istqarrija kif ukoll ir-rapport tal-Kumitat tal-Etika kienu suġġetti għal vot li għadda b’mod unanimu, sostna Karol Aquilina.