Tal-anqas żewġ ġellieda taħt il-kmand tal-mexxej militari Khalifa Haftar nqatlu wara splużjoni ta’ karozza bomba f’checkpoint f’Nawfiliya.
Il-forzi taħt il-kmanda ta’ Haftar bħalissa huma impenjati fi ġlied kontra militanti Iżlamiċi u ġellieda oħra fil-Lvant ta’ Bengażi u qed jassedjaw il-belt ta’ Derna biex ikeċċu l-militanti li jikkontrollawha.
Nawfiliya h madwar 80 kilometru minn Ras Lanuf. Uffiċjali Libjani huma mħasba li l-ġellieda tal-ISIS jippruvaw jinġabru f’Nawfiliya wara li tkeċċew minn Sirte, li hi qrib, is-sena li għaddiet.
Karozza bomba f’‘checkpoint’ fil-Libja


