Il-Partit Nazzjonalista dejjem ġab lil dan il-pajjiż ‘il quddiem grazzi għall-integrità li kellhom il-politiċi ewlenin fi ħdanu. L-integrità hi ċ-ċentru u s-sors ta’ kull politika li jfassal il-Partit Nazzjonalista u li ġabet magħha storja ta’ suċċessi.
F’kull qasam politiku, il-ħidma ta’ tmexxija tiegħi trid tkun imsawwra madwar il-bniedem u l-familja, li dejjem iridu jkunu fiċ-ċentru tal-ħidma tagħna.
Alex Perici Calasione qal dan, f’appell biex il-Kunsilliera u t-Tesserati tal-Partit Nazzjonalista jfittxu x’inhi ir-ruħ tal-Partit. Kompla li l-Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista kienu kollha eżempju ħaj tal-integrità fil-politika. Għaldaqstant, irridu nerġgħu nġibu nies lura fil-Partit.
Alex Perici Calascione sostna li dan hu żmien kritiku għal pajjiżna u jeħtieġ li l-Partit Nazzjonalista jkompli jiżviluppa politika ta’ sustanza u integrità. Qal li qed joffri l-enerġija u d-determinazzjoni kollha tiegħu biex il-Partit Nazzjonalista jiskopri mill-ġdid dak li jagħmlu Rebbieħ u li jrebbaħ lill-Maltin u lill-Għawdxin kollha.
Alex Perici Calasione qal li ħa jmexxi Oppożizzjoni soda, serja u fuq kollox integra, li żżomm għajnejha fuq il-Gvern. Fl-istess waqt, qal li bħala Kap, se jibda minnufih jaħdem biex il-Partit Nazzjonalista jwassal il-viżjoni ġdida tiegħu lin-nies.
Il-Partit Nazzjonalista għandu storja unika għax kien kapaċi dejjem iġib nies ta’ fehma differenti flimkien u jingħaqdu għal dak li hu ta’ ġid għall-pajjiż kollu. Illum, għal darb’oħra, hemm bżonn tal-għaqda u r-rieda tajba biex il-Partit Nazzjonalista jfassal politika ġdida għal Malta u Għawdex, temm jgħid Alex Perici Calscione.
//= $special ?>