Internazzjonali

L-Iraq: Il-provinċja ta’ Nineveh illiberata mill-ISIS

Rapporti mill-Iraq qalu li l-provinċja ta’ Nineveh spiċċat ‘kollha kemm hi illiberata’ mit-terroristi tal-ISIS, ftit jiem wara li l-qawwiet tal-Gvern Iraqi kienu ħadu lura l-kontroll fid-distrett ta’ Tal Afar.

Il-Prim Ministru Iraqi, Haider al-Abadi, intant, ħabbar l-iżviluppi wara t-telfa tal-ISIS fil-belt ta’ Ayadiya, fejn kienu marru t-terroristi ftit wara d-disfatta tagħhom f’Tal Afar. Dan ifisser ukoll li l-ISIS għadu jikkontrolla biss ftit zoni urbani u xi nħawi qalb id-deżert lejn iċ-ċentru u l-Punent tal-Iraq.

L-ISIS kien ħataf il-parti kbira ta’ Nineveh — inkluża l-kapitali provinċjali ta’ Mosul — f’Ġunju tal-2014. Intant, il-ġlieda għal Ayadiya ma damitx għaddejja, iżda kienet intensiva ħafna, u meta għalissa mhux ċar jekk fadalx iċ-ċivili fl-inħawi.