Lokali

ESKLUSSIVA: Lanċa tas-sajd reġistrata Malta maqbuda mill-awtoritajiet Libjani

Ritratt mill-arkivji
Kelliem tal-Gvern jikkonferma l-istorja ta' Net News

Net news hu infurmat li lanċa tas-sajd reġistrata Malta tinsab maqbuda mill-awtoritajiet Libjani, allegatament minħabba sajd illegali f’ibħra Libjani.

Kelliem għall-Gvern ikkonferma li l-lanċa Giuseppe Padre – li hi reġistrata taħt il-bandiera Maltija – tinsab miżmuma minħabba sajd illegali.

Minn informazzjoni li għandu dan is-sit, il-bastiment inżamm mill-qawwiet navali tal-Gvern tal-Għaqda Nazzjonali ibbażat fi Tripli. Sorsi li tkellmu ma’ Net News qalu li l-lanċa inqabdet waqt rondi li qed isiru mill-Libjani biex jipprovaw iwaqqfu l-kutrabandu ta’ fuels.

Għad mhux magħruf in-numru tal-ekwipaġġ fuq il-lanċa iżda skont il-kelliem tal-Gvern, ħadd minnhom m’hu Malti.  Jidher li minbarra il-lanċa Giuseppe Padre, il-Libjani kienu qabdu wkoll lanċa oħra tas-sajd reġistrata fl-Italja, iżda din kienet rilaxxata ftit wara.

Iktar dettalji hekk kif jaslulna