Elezzjoni Kap PN Lokali

“Leħen qawwi għall-bidla” – Adrian Delia

L-għażla li għandhom quddiemhom il-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista hi bejn il-Mod Ġdid kif għandu jitmexxa l-Partit Nazzjonalista, jew is-sistema qadima li ħalliet lill-PN tellief f’erba’ elezzjonijiet konsekuttivi.

“Il-mewġa favur il-bidla li nħasset fost il-partitarji Nazzjonalisti f’dawn l-aħħar ġimgħat kienet żiffa friska għal min jemmen li l-PN jista’ jerġa’ jirbaħ u jerġa’ jmexxi l-pajjiż mill-Gvern.”

Il-Kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN Adrian Delia qal li dawk li ma jridux jitilqu r-riedni tal-poter fi ħdan il-partit, dawk li jridu jibqgħu jiġbdu l-ispag f’xi kamra oskura, għamlu minn kollox biex iwaqqfu kandidat għat-tmexxija, li l-unika difett li raw fih hu li mhux wieħed tal-klikka ta’ ġewwa, mhux parti mill-establishment.

Delia kompla li biex jilħqu l-għan tagħhom ingaġġaw is-servizzi professjonali ta’ Daphne Carunana Galizia li bil-kitbiet tagħha diġa kienet il-kaġun ta’ telf ta’ eluf ta’ voti u meta kien jidher ċar li l-appoġġ għal Mod Ġdid baqa’ b’saħħtu, sejħu l-Kunsill Amministrattiv biex jiċċensurani. Ħolqu kumitat ta’ Etika u Dixxiplina li għamel rapport u fih iddikjara li ma sab xejn irregolari u l-elezzjoni tista tipproteġi normalment. “Lanqas twiddiba ma tani dan il-kumitat.”, tenna Adrian Delia.

Iżda l-establishment ma kienx lest iħalli f’idejn il-kunsilliera biex jagħmlu għażla ħielsa. Kontra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tal-Etika, l-Amministrattiv ħareġ stqarrija jitlobni nikkonsidra l-kandidatura tiegħi. Dawn il-maniġġi hemm bżonn li jieqfu. In-nies mhux boloh u nhar is-Sibt il-kunsilliera jridu jgħażlu bejn il-Mod Ġdid għall-Partit Nazzjonalista jew il-klikka tal-establishment li trid tibqa’ żżomm il-partit taħt idejha.

Adrian Delia qal il-media tal-partit ma tistax tibqa’ tiddiżappunta lin-Nazzjonalisti li biex ikunu jafu x’qed jiġri kellhom jaqilbulu fuq l-istazzjon tal-avversarji politiċi tagħna.

Insellem lil-ħaddiema tal-media tal-partit u ngħidilhom biex jagħmlu kuraġġ għax dan mhux tort tagħhom, iżda tort tal-ftit li ħakmu l-partit.

Il-PN dejjem kien kapaċi joħloq ix-xogħol, dejjem kien jaf jagħmel ġustizzja u dejjem iddefenda l-libertà. Nemmen li hekk se jagħmlu nhar is-Sibt il-Kunsilliera tal-Partit.