Tal-anqas seba’ persuni spiċċaw midruba fit-Turkija meta splużjoni laqtet xarabank li kellu ġo fih numru ta’ gwardjani tal-ħabs, u li kien qed jivvjaġġa mill-provinċja ta’ Izmir. Intant, l-awtoritajiet ikkonfermaw li huma kienu qed jinvestigaw attakk terroristiku potenzjali.
Levent Piristina, is-Sindku tad-distrett ta’ Buca, f’Izmir, qal li l-isplużjoni seħħet f’ħin meta x-xarabank kien għaddej minn qrib riċipjent kbir għall-iskart.
Fl-isplużjoni, infaqgħu t-twieqi u l-windskrin tax-xarabank, waqt li t-triq inkwistjoni spiċċat mimlija bil-partijiet tal-vettura inkwistjoni.
Filwaqt li ħadd mill-midruba ma jinsab f’periklu li jitlef ħajtu, l-awtoritajiet lokali qalu li kienu qed jirċievu l-informazzjoni mingħand sorsi tal-pulizija u li qegħdin jikkonċentraw ‘fuq il-possibbiltà ta’ aggressjoni minn terroristi’.
Dan waqt li l-imkejjen tal-midja qablu li l-isplużjoni kienet dovuta għal ‘bomba li tpoġġiet fir-riċipjent u li kienet ipprogrammata biex tieħu fil-mument partikulari’.
Ħadd ma assuma responsabbiltà għall-bomba, iżda l-militanti Kurdi u t-terroristi tal-ISIS, fl-aħħar snin, wettqu attakki simili u oħrajn suwiċida (bil-bombi) fl-ibliet prinċipali tat-Turkija.
Fil-fatt, il-militanti Kurdi tal-grupp PKK huma magħrufa li jimmiraw għall-vetturi li jkunu qegħdin iġorru membri tal-qawwiet tas-sigurtà Torok.
Il-PKK – ikkunsidrat bħala organizzazzjoni terroristika mill-Istati Uniti, it-Turkija u l-Unjoni Ewropea – ilu 30 sena jiġġieled kontra l-amministrazzjoni Torka f’Ankara u meta l-gwerillieri tal-grupp qed jinsistu għal awtonomija lill-Kurdi fit-territorji Torok tax-Xlokk.
//= $special ?>

