Sport Sport Ieħor

Nhar is-Sibt se ssir il-premjazzjoni annwali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu

David Lappartient u Enrico Della Casa jidhru flimkien ma’ John Zammit u Joe Bajada, President u Segretarju Ġenerali rispettivament tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu waqt wieħed mill-Kongressi tal-UEC.

Għada l-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu ser tagħmel il-premjazzjoni annwali tagħha fil-Lukanda Soreda fil-Qawra fejn ser jiġu ppremjati dawk iċ-ċiklisti li kklassifikaw fl-ewwel tliet postijiet ta’ kull kategorija fiż-żewġ Kampjonati, dawk tar-Road Race, kif ukoll tat-Time Trial.
Ser jingħataw ukoll tifkiriet liċ-ċiklisti li rebħu medalja f’San Marino, kif ukoll dawk it-tfal li ħadu sehem fil-kategoriji tal-Under 12.

Minbarra dan, il-klabbs ta’ Mosta AF Sign Studio CC u ta’ The Cyclist CC ser ikunu ppremjati rispettivament bil-Club Overall Aggregate Cup u bil-Club Elite Aggregate Cup.

Bħala mistiedna speċjali għal din l-okkażjoni ser ikun hemm il-President u s-Segretarju Ġenerali rispettivi tal-Unjoni Ewropea taċ-Ċikliżmu David Lappartient u Enrico Della Casa, kif ukoll Dr. Clifton Grima, s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sports u Għaqdiet tal-Volontarjat.

Iż-żewġ uffiċjali tal-UEC ser ikunu fostna fi tmiem il-ġimgħa għal żjara qasira li huma qed jagħmlu fid-dawl tal-ewwel Kampjonat taċ-Ċikliżmu għall-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li mistenni li se jsiru f’Malta f’Ġunju tas-sena li ġejja.

David Lappartient hu wkoll wieħed mill-kandidati għall-kariga ta’ President tal-Federazzjoni Internazzjonali taċ-Ċikliżmu, bl- elezzjoni ser issir nhar il-21 ta’ Settembru f’Bergen, fin-Norveġja.

Ta’ min ifakkar li f’Marzu li għadda, Joe Bajada, s-Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu kien ġie elett biex jifforma parti minn 15 il-delegat li ser ikollhom id-dritt li jkunu huma li jivvutaw minn fost il-50 pajjiż membru affiljat Ewropej.

Magħhom jingħaqdu wkoll 30 delegat ieħor mill-erba’ konfederazzjonijiet l-oħra li huma ACC (Asja), COPACI (Pan America), CAC (Afrika) u l-OCC (Oceania).

Ir-rebbieħa kollha ta’ dan l-istaġun kienu:
Road race championship
Elite
1. Christian Formosa (The Cyclist CC)
2. Maurice Formosa (The Cyclist CC)
3. Etienne Bonello (Team Greens CC)

Nisa
1. Michelle Vella Wood (Team Greens CC)
2. Stephanie Alden (The Cyclist CC)
3. Marion Pullicino (Mosta AF Sign Studio CC)

Juniors
1. Nicholas Attard Montalto (The Cyclist CC)
2. Isaac Spiteri (The Cyclist CC)
3. Gianluca Camilleri (Birkirkara St Joseph SC)

Masters 40+
1. Ivan Zammit (Birkirkara St Joseph SC)
2. Kelvin Goodwin (Agones SFC)
3. Colin Tabone (Team Greens CC)

Masters 50+
1. Joseph Micallef (The Cyclist CC)
2. Kenneth Zammit (The Cyclist CC)
3. Chris Iwanik (Birkirkara St Joseph SC)

Masters 60+
1. Emmanuel Camilleri (Mosta AF Sign Studio CC)

U15 Bniet
1. Christina Spiteri (The Cyclist CC)
2. Veronique Pace Asciak (Mosta AF Sign Studio CC)

U15 Subien
1. Nikol Micallef (Mosta AF Sign Studio CC)
2. Matthew Galea Pirotta (Mosta AF Sign Studio CC)
3. Malcolm Vassallo (Mosta AF Sign Studio CC)

Kampjonat tat-Time trial
Elite
1. Etienne Bonello (Team Greens CC)
2. Christian Formosa (The Cyclist CC)
3. Nicholas Micallef (Mosta AF Sign Studio CC)

Nisa
1. Michelle Vella Wood (Team Greens CC)
2. Marie Claire Aquilina wkoll (Team Greens CC)
3. Marion Pullicino (Mosta AF Sign Studio CC)

Juniors
1. Nicholas Attard Montalto (The Cyclist CC)
2. Isaac Spiteri (The Cyclist CC)
3. Gianluca Camilleri (Birkirkara St Joseph SC)

Masters 40+
1. Ivan Zammit (Birkirkara St Joseph SC)
2. Domenic Cutajar (Gozo CC)
3. Geatano Degabriele (Team Greens CC)

Masters 50+
1. Nicky Farrugia (Mosta AF Sign Studio CC)
2. Michael Lia (Mosta AF Sign Studio CC)
3. Kenneth Zammit (The Cyclist CC)

Masters 60+
1. Emmanuel Camilleri (Mosta AF Sign Studio CC)

U15 Bniet
1. Christina Spiteri (The Cyclist CC)
2. Veronique Pace Asciak (Mosta AF Sign Studio CC)

U15 Subien
1. Nikol Micallef (Mosta AF Sign Studio CC)
2. Mika Zammit (Agones SFC)
3. Malcolm Vassallo (Mosta AF Sign Studio CC)