Lokali

Omm u tifel iweġġgħu f’inċident bejn ħames karozzi f’Raħal Ġdid

Omm u tifel weġġgħu f’inċident tat-traffiku bejn ħames karozzi. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.15am fi Triq Sir Paul Boffa f’Raħal Ġdid.

Il-karozzi involuti kienu tnejn tat-tip Toyota, waħda tat-tip BMW u oħra tat-tip Seat. Kienet involuta wkoll karozza tal-linja.

Għadu mhux ċar x’wassal għall-inċident bejn il-ħames vetturi. Minbarra l-Pulizija, issejjaħ tim mediku b’Ambulanza.

Ingħatat l-ewwel għajnuna lill-mara ta’ 30 sena u lit-tifel ta’ erba’ snin, it-tnejn minn Ħal Qormi, qabel ma dawn ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Hemm, it-tifel kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti ħfief, filwaqt li l-kundizzjoni tal-mara s’issa għadha mhux magħrufa.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.