Ir-Russja ngħatat direttivi biex tagħlaq il-konsulat tagħha f’San Francisco u żewġ bini (annessi) oħra b’riżultat ta’ ‘azzjoni mhix ġustifikata’ min-naħa ta’ Moska.
Id-Dipartiment tal-Istat Amerikan ħabbar l-għeluq wara li Moska, ix-xahar li għadda, ħadet inizjattiva għat-tnaqqis tal-istaff diplomatiku Amerikan fir-Russja.
Id-deċiżjoni saret ‘fl-ispirtu tal-parità’, qrat stqarrija mid-Dipartiment tal-Istat Amerikan.
L-għeluq tal-konsulat u l-annessi f’Washington u New York irid jitlesta sa nhar is-Sibt li ġej.
//= $special ?>

