Lokali

Titjira lejn Malta tagħmel inżul ta’ emerġenza f’Pisa

L-ajruplan ta' Ryanair kien telaq minn Bristol

Ajruplan tat-tip Boeing 737 illi dalgħodu telaq minn Bristol fid-direzzjoni lejn Malta kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza fl-Italja meta dan kien għadu kif qabeż it-territorju Franċiż.

It-titjira tar-Ryanair għamlet l-inżul tagħha f’Pisa, għalkemm għadu mhux magħruf eżatt x’kienet ir-raġuni wara dan. Qabel l-inżul, l-ajruplan għamel dawra fuq il-baħar, ‘il barra minn Livorno.

L-ajruplan irreġistrat EI-ENB kien qed jintuża fit-titjira FR3774.