Il-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit u l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga arrestaw erba’ rġiel tnejn ta’ nazzjonalità Somala, wieħed mill-Eritrea u ieħor Malti wara sejba ta’ sustanza suspettata li hi raża tal-kannabis u pjanta tal-kannabis, lesta biex tiġi traffikata.
L-eta’ ta’ dawk arrestati tvarja bejn 20 u 35 sena.
Dwar il-każ inħatret inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Aaron Bugeja, li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.
Wieħed mis-Somali u l-Eritrean sejrin jitressqu l-Qorti ftit tal-ħin ieħor akkużati bil-pussess aggravat tar-raża tal-kannabis u tal-pjanta tal-kannabis.
Iż-żewġ persuni l-oħra qed jinżammu taħt arrest sabiex jgħinu lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin.
//= $special ?>