Illum hawn stennija għall-vjaġġ li se tagħmel ‘Florence’ qrib id-dinja. ‘Florence’ hi l-akbar asterojde f’aktar minn seklu li se tgħaddi qrib id-dinja.
Imma l-qrib għax-xjentisti hu ta’ seba’ miljun kilometru u għalhekk mhux ta’ periklu għad-dinja la issa u lanqas għal diversi sekli oħra.
Filwaqt li kien hemm asterojdi oħra li għaddew eqreb għad-dinja, dawn kollha kienu ferm iżgħar.
L-asterojde ‘Florence’ – li hi wiesgħa 4.4 kilometru – kienet instabet l-ewwel fl-1981 u fl-eqreb punt għad-dinja se tkun l-ekwivalenti tad-distanza bejn id-dinja u l-qamar għal 18-il darba.
Asterojde se tgħaddi ‘qrib’ id-dinja


