Ewropa Internazzjonali

Daqshekk ‘vacuum cleaners’ storbjużi u li jaħlu

Mill-1 ta’ Settembru fl-Unjoni Ewropea se jieqaf il-bejgħ ta’ vacuum cleaners li jipproduċu aktar ħoss u sħana milli jiġbdu trab.
Vacuum cleaners li jużaw aktar minn 900 watts u jagħmlu ħoss li jaqbeż it-80 decibel mhux se jkunu jistgħu jkomplu jinbiegħu la darba jispiċċa l-istokk.
L-European Environment Bureau (EEB) qal li l-qawwa ta’ apparat mhux dejjem ifisser li huma aħjar.
L-Unjoni Ewropea qalet li b’dan il-pass, l-Ewropa se tkun qed tiffranka elettriku daqskemm il-Belġju jkollu jikkonsma f’sena. Dan flimkien li se jkun hemm sitt miljun tunnellata tal-gass CO2 anqas fl-atmosfera.
Il-Kummissjoni Ewropea qalet li mill-1 ta’ Settembru, l-aktar vacuum cleaners effiċjenti jrid jibda jkollhom it-tikketta ta’ “A+++”.