Huma 1,365 il-Kunsilliera tal-Kunsill Ġenerali eliġibbli biex jivvotaw għada, u possibbilment il-Ħadd, fl-ewwel ’round’ tal-elezzjoni għall-ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Dan hekk kif ilbieraħ kien l-aħħar jum biex il-Kunsilliera tal-Kunsill Ġenerali jiġbru d-Dokument tal-Vot tagħhom. Minnhom, 128 diġà tefgħu l-vot tagħhom fil-Votazzjoni Kmieni, li nżammet is-Sibt li għadda.
Mill-1,237 li għadhom biċ-ċans jivvutaw għada, 1,136 se jkunu jistgħu jivvutaw fid-Dar Ċentrali f’Malta, filwaqt li 101 se jkunu jistgħu jivvutaw fis-‘Sub-Headquarters’ tal-Partit f’Ta’ Sannat Għawdex.
Fuq il-karta tal-vot, il-Kunsillieri se jkollhom l-erba’ ismijiet tal-Kandidati biex jivvutaw lil wieħed minnhom. Minnhom, se jgħaddu tnejn għall-elezzjoni fil-Konvenzjoni Ġenerali, li se ssir is-Sibt, 16 ta’ Settembru.
Għal dik l-elezzjoni se jivvutaw it-Tesserati, li fil-jiem li ġejjin se jkunu mgħarrfa dwar kif se jkunu jistgħu jiġbru d-Dokument tal-Vot.
Sadanittant, ilbieraħ filgħaxija sar l-aħħar dibattitu bejn l-erba’ kandidati għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni ta’ għada.
//= $special ?>