Formula 1 Sport

Iż-żewġ karozzi tal-Mercedes jispiċċaw fuq quddiem fit-tieni sessjoni ta’ provi liberi

Lewis Hamilton waqt il-provi liberi (Ritratt: EPA)

Valtteri Bottas spiċċa ftit qabel Lewis Hamilton fit-tieni sessjoni ta’ provi liberi bi preparazzjoni għal Grand Prix tal-Italja, iżda l-Ferrari jinsabu qrib is-Silver Arrows.

Wara li Lewis Hamilton spiċċa fuq quddiem fl-ewwel sessjoni l-Ġimgħa filgħodu, iżda Bottas spiċċa biss 0.056 ta’ sekonda, b’Vettel itemm 0.140 ta’ sekonda wara l-Britanniku, u għalhekk mistennija dwell ieħor bejn il-Mercedes u l-Ferrari.

B’Kimi Raikkonen jispiċċa kważi 0.4 ta’ sekonda, il-karozzi l-oħra kienu distakkati, bid-duo tar-Red Bull Max Verstappen u Daniel Ricciardo jispiċċaw aktar minn sekonda tard.

Prestazzjoni tajba minn McLaren b’Vandoorne u Alonso spiċċaw fis-seba’ u t-tmien post, minkejja li l-Ispanjol għandu penalità ta’ 35 post minħabba l-bdil ta’ magni Honda.

Iżda Carlos Sainz kellu sessjoni frustranti hekk kif l-Ispanjol li diġà għandu penalità ta’ 10 postijiet, ra s-sessjoni tiegħu tintemm ħesrem bid-duħħan joħroġ minn wara tal-karozza tiegħu. Is-sessjoni ta’ Magnussen ukoll intemmet qabel wara problemi fis-suspension.

Esteban Ocon u Felipe Massa għaqdu l-ewwel għaxra, filwaqt li wara li kellhom sessjoni ta’ filgħodu diżappuntanti, Renault tjiebu wara nofsinhar b’Nico Hulkenberg u Jolyon Palmer jispiċċaw fit-12 u t-13-il post rispettivament.

Kif Spiċċaw fit-tieni sessjoni

1.     Valtteri Bottas          Mercedes              1:21.406

2.     Lewis Hamilton         Mercedes              +0.056

3.     Sebastian Vettel        Ferrari                  +0.140

4.     Kimi Raikkonen        Ferrari                  +0.398

5.     Max Verstappen       Red Bull               +1.003

6.     Daniel Ricciardo       Red Bull               +1.346

7.     Stoffel Vandoorne     McLaren               +1.541

8.     Fernando Alonso      McLaren               +1.562

9.     Esteban Ocon            Force India           +1.571

10.   Felipe Massa              Williams                +1.579

11.    Carlos Sainz               Toro Rosso           +1.744

12.   Nico Hulkenberg        Renault                 +1.866

13.   Jolyon Palmer             Renault                 +1.911

14.   Sergio Perez                 Force India           +1.946

15.   Lance Stroll                  Williams               +1.997

16.   Romain Grosjean        Haas                     +2.161

17.   Kevin Magnussen        Haas                     +2.244

18.   Daniil Kvyat                  Toro Rosso          +2.847

19.   Marcus Ericsson          Sauber                  +3.488

20.  Pascal Wehrlein           Sauber                  +3.889