Il-Qorti Suprema tal-Kenja ħassret ir-riżultat tal-elezzjoni Presidenzjali tax-xahar li għadda.
Fid-deċiżjoni, filwaqt li ntqal li l-affarijiet ma sarux kif suppost, intqal li għandha ssir votazzjoni oħra fi żmien 60 ġurnata.
Il-Kummissjoni Elettorali kienet iddikjarat il-President Uhuru Kenyatta bħala r-rebbieħ tal-elezzjoni bi 1.4 miljun vot. Imma l-Oppożizzjoni kienet sostniet li s-sistema tal-kompjuters tal-Kummissjoni safa mira ta’ hacking u r-riżultat kien manipulat.
B’din id-deċiżjoni, il-Kenja tniżżlet fl-istorja bħala l-ewwel pajjiż Afrikan li ħassar ir-riżultat ta’ elezzjoni Presidenzjali.
Fl-inkwiet li kien inqala’ wara l-vot tat-8 ta’ Awwissu, 24 persuna kienu tilfu ħajjithom.
Jitħassar ir-riżultat tal-elezzjoni Presidenzjali tal-Kenja


