Futbol Sport

Rooney arrestat wara suspett ta’ xorb eċċessiv

L-eks plejer ta' Manchester United għadu kif irtira mill-futbol internazzjonali

L-eks captain tat-tim nazzjonali Ingliż Wayne Rooney twaqqaf mill-Pulizija f’Cheshire fuq suspett li kien qed isuq taħt l-influwenza tal-alkoħol. Il-ġurnal Daily Mirror qed jgħid illi l-eks attakkant ta’ Manchester United ġie arrestat.

Jirriżulta li l-każ seħħ tard ilbieraħ filgħaxija wara lejl ta’ xorb.

Rooney ilu 12-il sena jgħix f’Cheshire, f’dar li tiswa’ 6 miljuni, ftit passi bogħod mit-training grounds ta’ Everton.