Is-sewwieq tal-Muturi Valentino Rossi wiegħed li jirritorna malajr kemm jista’ jkun wara li kellu jkunu wara li kiser siequ. Hu weġġa’ f’inċident bil-mutur fl-Italja l-Ħamis, u għamel l-operazzjoni lbieraħ wara li sofra ksur fit-tibia u l-fibula li huma l-għadam tal-qasba tas-sieq.
It-tabib Raffaele Pascarella ddeskriva l-proċesura bħala suċċess b’mod perfett u l-istilla Taljana wieħed li jirritorna malajr fiċ-ċirkwit. Hu qal li kien qam wara l-operazzjoni, kien diġà qed iħossu tajjeb.
Rossi wera dispjaċir għall-inċident u tenna li se jagħmel l-aħjar li jista’ biex jirritorna mill-aktar fis possibbli. It-tabib Pascarella qal li l-operazzjoni damet madwar siegħa u żied għid li l-aktar ħaġa importanti hi li Rossi jinsab tajjeb. Hu qal li kważi ċertament se jkollu jistrieħ bejn 30 u 40 ġurnata, u jagħmlu l-evalwazzjoni fil-ġimgħat li ġejjin.
Fl-40 ġurnata li jmiss hemm żewġ tiġrijiet tal-Moto GP, f’Misano u Aragon filwaqt fil-15 ta’ Ottubru jibdew sensiela ta’ tiġrijiet f’Motegi l-Ġappun, Philip Island fl-Awstralja u Sepang fil-Malasja.
L-injury ta’ Rossi hi l-istess sieq li t-Taljan kien kiser f’ħabta f’Mugello fl-2010, b’Pascarella jgħid li mhux se jkun hemm l-ebda effett għaliex l-għadma tkun reġgħet ingħaqdet wara ħames xhur, minkejja li t-tibia hi viċin ħafna ta’ fejn kien kiser.
Rossi bħalissa jinsab ir-raba’ fil-klassifika tas-sewwieqa 26 punt wara Andrea Dovizioso f’dak li qed jittieħed bħala kampjonat bejn ħames timijiet.
//= $special ?>