11.12pm: Joe Borg spjega li minħabba d-differenza fil-voti, Alex Perici Calscione u Frank Portelli ġew awtomatikament eliminati minn din l-elezzjoni. B’hekk, il-Kandidati li se jkunu qed jivvutaw għalihom it-Tesserati fil-Konvenzjoni Ġenerali tas-16 ta’ Settembru huma Adrian Delia u Chris Said.
11.10pm: Iċ-Chairman tal-Kummissjoni Elettorali Interna tal-Partit Nazzjonalista Joe Borg ħabbar ir-riżultati uffiċjali wara l-votazzjoni tal-lum. Mill-1,354 voti li ntefgħu llum, Adrian Delia kiseb 616 vot, Alex Perici Calascione kiseb 296 vot, Frank Portelli kiseb 11-il vot u Chris Said kiseb 425 vot. Sitt voti kienu invalidi.
10.40pm: Għalkemm bħalissa għadu għaddej il-proċess tal-għadd, l-indikazzjonijiet qed juru li Adrian Delia jinsab fuq quddiem fost l-erba’ Kandidati.
10.15pm: Jibda l-proċess tas-sorting … attenzjoni assoluta fuq l-erba’ mwejjed fil-proċess.
10.10pm: 99.2% tal-Kunsilliera tal-Kunsill Ġenerali li ġabru d-Dokument tal-Vot ivvutaw fl-ewwel votazzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista. Iċ-Chairman tal-Kummissjoni Elettorali Interna Joe Borg ħabbar li l-ammont globali tal-votanti f’din l-elezzjoni hu ta’ 1,354, imqassmin kif ġej: 128 ivvutaw is-Sibt li għadda (fil-Votazzjoni Kmieni) u 1,226 ivvutaw illum (fosthom 96 Għawdex).
9.55pm: Jidher li kien hemm perċentaġġ għoli ħafna ta’ votanti f’Għawdex.
9.40pm: Dalwaqt jibda l-proċess tas-sorting, ftit aktar kmieni milli mistenni.
9.10pm: Jibda l-proċess ta’ Rikonċiljazzjoni tal-Voti. B’hekk ikun stabbilit kemm ivvutaw Kunsilliera tal-Kunsill Ġenerali.
9pm: Tingħalaq l-ewwel votazzjoni fl-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista. Minn din il-paġna se nkunu qed naġġornawkom bil-proċess tal-Għadd tal-Voti.
//= $special ?>