Tard il-Ġimgħa filgħaxija l-Messiku sar il-ħames tim li għadda għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja meta kiseb rebħa minima ta’ 1-0 kontra l-Panama.
L-uniku gowl tal-logħba skurjah LOZANO li kien ilu biss żewġ minuti fil-grawnd.
Ta’ min jiftakar li l-erba’ timijiet l-oħra li huma ċerti minn post fit-Tazza tad-Dinja s’issa huma r-Russja, l-Brażil, l-Iran u l-Ġappun.
//= $special ?>