Is-servizz tat-temp Awstraljan qal li l-pajjiż għadu kemm kellu l-aktar xitwa sħuna li qatt kienet dokumentata.
Skont l-Australian Bureau of Meteorology, it-temperaturi kienu 1.9 grad Celsius aktar mill-medja nazzjonali ta’ 21.8 grad Celsius bejn Ġunju u Awwissu.
Barra minn hekk, ix-xita li niżlet kienet id-disa’ l-anqas li qatt kien hemm u l-anqas reġistrata mill-2002.
Id-doumentazzjoni tat-temp fl-Awstralja bdiet fl-1910, u fl-1900 għax-xita li tinżel.
L-uffiċjali Awstraljani qalu li dan kien qed ikun ikkawżat mill-bdil li qed ikun hawn fil-klima.
Blair Trewin, uffiċjal għoli tal-Australian Bureau of Meteorology, żied li 19 mill-aħħar 20 xitwa fl-Awstralja kellhom temperaturi massimi li huma fuq il-medja għal sena.
Barra minn hekk, fis-sajf fl-Awstralja bejn Diċembru tal-2016 u Frar tal-2017, inkisru aktar minn 200 rekord marbuta mat-temp, fosthom għall-aktar temperaturi sħan, nirien fil-kampanja u għargħar.
It-temp aktar sħun wassal biex l-awtoritajiet inkarigata min-nirien fl-Istat ta’ New South Wales, qarrbu l-bidu tal-istaġun tan-nirien b’xahar. Dan is-soltu jibda f’Ottubru.
Għalhekk, ajruplan tat-tip Hercules C-130 imlaqqam Thor, u li jista’ waddab 15,000 litru ta’ ilma, irritorna mill-Istati Uniti lejn Sydney biex ikun għal-lest għan-nirien li jista’ jkun hemm fil-kampanja.
L-aktar xitwa sħuna s’issa fl-Awstralja


